STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA – FLIMKIEN GĦALL-AMBJENT AĦJAR

RAZZETT L-ANTIK (FGURA)

Il-bieraħ il-Kunsill Lokali tal-Fgura bil-kollaborazzjoni ta’ ‘Flimkien għal-Ambjent Aħjar’ u r-residenti għamlu Konferenza Stampa fejn ir-resident Fguri Aldo Busuttil spjega li mir-riċekja li għamel flimkien mas-Sur Josef Bartolo ikkonkludew li r-razzett hu simbolu uniku ta’ l-identita’ u l-oriġini tal-Fgura.

Huwa qal li “l-Fgura tinsab taħt ir-riħ tas-swar tal-kottonera u għalhekk ma setgħax jinbena bini għoli f’kaz ta’ attakk u allura qatt ma kienx possibli li jibnew bereġ, palazzi, town houses. Fil-Medju Evu in-nies ta’ Ħal-Ellul li kien kien jgħiru l-bgħejjem u jkabbru l-prodotti argrikoli f’Hal-Għarrat (illum il-Fgura). Il-Fgura minn dejjem kienet ikkaratterizzata minn makkja, għelieqi u rziezet tant li fl-Arkiviji Notarili ta’ l-1505 instabu dokumenti li jirreferu għall-familja kunjom Sqalli ‘Ficura’ li minnhu ħareġ l-isem tal-Fgura.

Busuttil qal li dan hu l-aħħar u l-ixjeħ razzett fil-qalba taċ-ċentru storiku tal-Fgura fil-punt fejn il-Fgura twieldet permezz tal-kappella ta’ l-1790 li ġiet imġarrfa biex tgħaddi t-triq prinċipali. Ir-razzett hu marbut ta’ l-istejjer storiċi, reliġjużi u forkloristiċi fosthom tal-gwerra fejn kienu jservu l-Victory Kitchen u fejn tefa’ ta’ ġebla hemm l-uniku xelter tal-lokal kif wkoll għall-bejgħ ta’ prodotti agrikoli.

Ir-resident ikkritika r-rapport tad-Direttorat fi ħdan l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar li fl-opinjoni tiegħu huwa biased minħabba li skont hu mimli kummenti dilletanteski u rakkomandazzjonijiet strambi. Liema rapport hu ibbazzat d-deċiżjoni favur it-tneħħija tal-iskedar. Dan ġie wkoll sostnut minn Asrid Vella, il-kordinatur ta’ Flimkien Għall-Ambjent Aħjar li saħħqet fuq il-karateristiċi arkittetoniċi li huma imsemmija fl-istess rapport kienu ikkwotati mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar li m’għandhomx importanza storika, madankollu dan il-bini marbut ma’ l-oriġini tal-lokalita’ ġie tneħħa mill-iskedar u jinsab fit-triq tad-distruzzjoni. Astrid Vella staqsiet kif jista jkun li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar ireżistiet bil-qawwa t-talbiet għat-tneħħija ta’ l-iskedar sa l-2012, imbagħad f’daqqa waħda fl-2015 l-iskedar tneħħa.

Vella sostniet li l-patrimonju ta’ dan il-bini huwa importanti ħafna għal kwalita’ tal-ħajja tar- residenti għax jagħtu identita’ u jipprovdu pulmun fil-qalba tal-lokalita’. Hija insistiet lir-razzett l-antik jerġa jingħata l-iskedar fir-rispett wkoll tas-siġar tal-madwar li tant ir-residenti għandhom bżonn minħabba t-tniġġiż li jgħaddi fil-qalba tal-lokalita’ u li qed jikkawża problemi respiratorji u oħrajn.

Il-Konferenza ġiet konkluża mis-Sindku tal-Fgura Pierre Dalli fejn saħaq li l-Kunsill Lokali Fgura ħadem tul dawn l-aħħar 25 sena biex ir-razzett jiġi skedat. Aktar informazzjoni fuq id-diskors tas-sindku nirreferu għall-istqarrija tal-Kunsill tal-Fgura mhemuza ma’ dan l-email.

Privacy Policy

designed and produced by Logix Digital